Għandi mistoqsija li mhiex imwieġba mill-FAQ’s.
Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ tagħna f’dan l-indirizz elettroniku: euda-support@cariad.technology
Skont dan l-Att, għandek id-dritt titlob jew taqsam id-data ġenerata mill-vettura tiegħek għalik jew għal partijiet terzi.
It-tipi ta’ data miġbura minn vetturi jistgħu ivarjaw b’mod sinjifikanti għax jiddependu minn fatturi bħal mudell tal-vettura, konfigurazzjoni, pajjiż ta’ operazzjoni, u custom settings. Kategoriji komuni ta’ data jinkludu data dwar prestazzjoni, (pereżempju konsum ta’ petrol, veloċità medja), data telematika (pereżempju lokazzjoni, storja ta’ rotta) u data dwar il-kundizzjoni tal-vettura (pereżempju record ta’ manutenzjoni, kodiċi ta’ żbalji djanjostiċi)
Iva, tista’ titlob kopja tad-data ġenerata mill-vettura tiegħek li hija suġġetta għall-EU Data Act. Dan ġeneralment jinkludi informazzjoni bħal metriċi tal-prestazzjoni tal-vettura, imġieba tas-sewqan, data djanjostiċi, u mudelli ta’ użu. Biex tagħmel talba, uża jekk jogħġbok l-EU Data Act Portal
Iva, tista’ tikkonfigura serje ta’ punti ta’ data bħala data cluster. Barra minn hekk tista’ tikkonfigura l-frekwenza u t-tul tat-trażmissjoni tad-data.
Id-data tal-vettura tiegħek jiġu pprovuti f’forma strutturata, komunement użata, u li tista’ tinqara minn magna biex tiżgura kompatibbiltà ma’ strumenti u sistemi differenti. Il-format speċifiku jista’ jvarja skont it-tip ta’ data mitluba, imma ġeneralment jinkludi tip ta’ fajls standard bħal JSON, CSV,jew XML.
Iż-żmien meħtieġ biex tirċievi d-data mitluba minnek jista’ jiddependi fuq il-komplessità tat-talba u l-volum tad-data. Għalkemm deadlines eżatti jistgħu ivarjaw, id-data ġeneralment issir disponibbli malajr kemm jista’ jkun wara s-sottomissjoni b’suċċess tat-talba.
Fil-qafas tal-EU Data Act Portal, id-data dwar il-vettura tiegħek tinqasam biss jekk titlob dan inti stess. Jekk tixtieq tsam id-data dwar il-vettura tiegħek ma’ terzi persuni, tista’ tagħmel talba għal dan permezz tal-EU data Act Portal dwar l-EU Data Act jew tagħti l-kunsens tiegħek għal dan il-qsim ta’ data.
Skont l-EU Data Act, l-utenti dejjem jirċievu d-data mingħajr ħlas.
Tista’ titlob aċċess għad-data tiegħek permezz tal-EU data Act Portal dwar l-EU Data Act jew tikkuntattja t-tim ta’ appoġġ tagħna jekk ikun meħtieġ. Jekk jogħġbok innota li tista’ tkun meħtieġa il-verifikazzjoni tal-identità qabel ma tkun tista’ tiġi pprovduta d-data tiegħek.
Data rilevanti mal-EU Data Act ġeneralment tinġabar biss jekk ikollok kont tal-Grupp Volkswagen. Għalhekk tista’ biss tirċievi d-data jekk ikollok kont bħal dan.
Fl-EU Data Act Portal, il-vettura tiegħek tidher biss meta int jkollok ir-rwol ta’ primary user għal din il-vettura. Jekk ikollok rwol ieħor fuq din il-vettura u ħabba f’hekk taħseb li għandek xi dritt skont l-EU Data Act, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ tagħna euda.
Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ tagħna f’dan l-indirizz elettroniku: euda-support@cariad.technology